L-Ajruport ta’ Malta bl-aktar inżul xeniku fid-dinja

L-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta ġie fl-ewwel post bl-aktar inżul xeniku fid-dinja.
Fi stħarriġ il-kumpanija PrivateFly talbet l-opinjoni ta’ esperti dwar l-ivvjaġġar, dwar l-aktar ajruporti bi nżul xeniku fid-dinja.
L-eks-kittieb għan-New York Times, Joe Sharkey, li nnomina lil Malta biex tiġi inkluża f’din il-lista, qal “hekk kif toqrob biex tinżel f’Malta, minn nofs il-baħar ikħal tixref gżira żgħira u immedjatament tifhem l-importanza strateġika u ġeopolitika ta’ Malta f’nofs il-Mediterran għal millenji sħaħ, lewwel bil-baħar u aktar tard bl-ajru."
L-ewwel għaxar ajruporti huma: L-Ajruport Internazzjoni ta’ Malta, Nice Côte D'Azur Airport, Franza, Queenstown Airport, New Zealand, Barra Airport, Skozja, Renju Unit, Saba Airport (Juancho E Yrausquin), il-Karibew, Billy Bishop Toronto City Airport, il-Kanada, Donegal Airport, l-Irlanda, St Maarten Airport (Princess Juliana International), il-Karibew, Los Angeles International Airport, l-Istati Uniti u London City Airport, ir-Renju Unit.