Wara li l-ajruport ta’ Katanja ngħalaq minħabba l-iżbroff tal-vulkan Etna u anke t-terremot tal-lejl li għadda, jidher li t-titjiriet qed jopera kif skedat.
F’messaġġ fuq il-paġna ta’ Facebook, l-ajruport spjega li minkejja dan, hemm ċans kbir li jkun hemm ittardjar ta’ titjiriet u xi inkonvenjenzi oħrajn.
Jingħalaq l-ajruport ta’ Katanja minħabba l-Etna
Intant fakkru kif l-awtostrada A18 bejn Katanja u Messina hija magħluqa u għaldaqstant kull minn għandu xi titjira x’jaqbad għandu jaħseb kmieni.
L-ajruport ta’ Katanja kien ingħalaq lejliet il-Milied minħabba l-iżbroff tal-Etna.
Terremot f’Katanja; mill-inqas 10 midruba
✈️ Buongiorno da #CTAairport! Qui oggi il tempo è buono, ma c’è molto vento. Al momento i voli atterrano e partono senza…
Posted by Aeroporto di Catania – Sicilia on Tuesday, December 25, 2018