L-ajruport ta’ Heathrow jibqa’ l-iktar ajruport bieżel fl-Ewropa

In-numru ta’ persuni li vvjaġġar bl-ajru fl-Unjoni Ewropea żdiedu b’4.4% meta kkumparat mal-istess perjodu tas-sena li għaddiet.
Skont statistika Ewropea, fl-2014 kien hemm mat-880 miljun persuna li vvjaġġat bl-ajru.
L-ajruport ta’ Heathrow, fir-Renju Unit ġie rreġistrat bħala l-iktar Ajruport bieżel fl-Unjoni Ewropea.
Vjaġġi minn pajjiż membru tal-Unjoni Ewropea għal pajjiż ieħor fl-UE stess kienu jiffurmaw 44% tal-vjaġġi kollha.
L-istatistika turi ukoll li fis-sena 2014, 3 persuni tilfu ħajjithom f’inċidenti waqt titjiriet kummerċjali. Mill-2009 ‘l hawn, in-numru ta’ persuni li mietu f’inċidenti simili kien jammonta għal 77.