L-ajruport se jiftaħ: imħabbra lista ta’ pajjiżi fejn jistgħu jsiru titjiriet

Miguela Xuereb

Read in English.

Il-Prim Ministru Robert Abela ħabbar li l-ajruport mistenni jerġa’ jiftaħ nhar l-1 ta’ Lulju li ġej u ħabbar ukoll lista ta’ 17-il pajjiż u żewġ reġjuni li fihom jistgħu jsiru t-titjiriet.

Qal ukoll li mhux se jkun hemm kwarantina obligatorja għall-persuni ġejjin minn dawn il-pajjiżi:

  • Il-Ġermanja
  • L-Awstrija
  • L-Irlanda
  • L-Islanda
  • Is-Slovakkja
  • Ċipru
  • Il-Litwanja
  • Latvja
  • Estonja
  • Id-Danimarka
  • L-Ungerija
  • Il-Lussemburgu
  • Repubblika Ċeka
  • Il-Finlandja
  • In-Norveġja
  • L-Isvizzera
  • Iżrael

Ma’ dawn il-pajjiżi, il-Prim Ministru żied ukoll Sqallija u Sardegna.

Intant, fi stqarrija l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu laqgħet din l-aħbar u kkonfermat il-pajjiżi msemmija fil-konferenza tal-aħbarijiet. L-Awtorità kkwotat lill-Ministru għat-Turiżmu Julia Farrugia Portelli li qalet li din id-deċiżjoni tikkonferma stqarrijiet preċedenti fejn qalet li Malta se jkollha sajf. Spjegat li r-rilaxx tal-miżuri kienu studjati mal-awtoritajiet tas-saħħa fl-aħħar ġimgħat u se jagħtu fiduċja lill-pubbliku biex jiġu sostnuti l-ekonomija u t-turiżmu.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn