L-Ajruport Malti fit-tielet post fil-lista tal-ACI

L-Ajruport ta’ Malta ġie inkluż fil-Lista ta’ Eċċellenza tad-direttorju ġenerali tal-Airports Council International (ACI). Din il-lista tirrikonoxxi l-ajruporti li jkunu kklassifikaw fl-ewwel ħames postijiet fl-istħarriġ tal-Airport Quality Service (ASQ).

Minkejja li kien hemm 17-il ajruport li daħħlu f’din il-lista’, ta’ Malta ġie fit-tielet post wara dak ta’ Porto fil-Portugall u ta’ Zurich fl-Iżvizzera.

Intant il-Kap Eżekuttiv tal-Ajurport Malti Markus Klaushofer qal li important li t-tmexxija tal-ajruport tibqa’ tiffoka fuq is-servizz li toffri. Huwa kompla billi irringrazja lill-impjegati tal-Ajruport li kollha għandhom sehem minn dan ir-riżultat prestiġjuż.

Illejla waqt l-Assemblea Ġenerali tal-ACI fil-Belt Turka, Istabul se ssir iċ-ċerimonja uffiċjali.