L-ajruport l-aħħar li se jinfetaħ – Schembri

Miguela Xuereb

Il-Ministru għall-Ekonomija Silvio Schembri ħabbar li probabbilment il-ftuħ tal-ajruport se jkun l-aħħar restrizzjoni li tiġi rilaxxata u dan jiddependi minn dak li jagħmlu pajjiżi oħra.

Meta kien qed jitkellem fil-Parlament, Schembri qal li ma’ kull rilaxx ta’ restrizzjoni jrid ikun hemm miżura li tkejjel l-effett tagħha fil-firxa tal-imxija tal-coronavirus.

Huwa qal li l-Gvern qed iħares lejn numru ta’ miżuri intelliġenti li filwaqt li jneħħu r-restrizzjonijiet imposti, xorta joffri salvagwardji kontra l-coronavirus.

Il-Ministru Schembri qal li Malta hi fost l-ewwel pajjiżi fl-Ewropa li bdiet tħallas inċentivi fiskali li ġew introdotti biex jilqgħu għall-effett tal-coronavirus. Schembri qal li hemm madwar 80,000 persuna li applikaw għal fond li jlaħħaq €10 miljun ewro. Żied jgħid li hemm madwar 2,000 applikazzjoni approvata mwaħħla peress li d-dettalji tal-individwi għadhom ma ġewx ikkonfermati mill-applikant.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn