L-ajruplan temm il-vjaġġ tiegħu fl-Oċean Indjan – il-PM Malasjan

Il-qraba tal-passiġġieri tal-ajuplan tal-Malaysia Airlines ġew infurmati li l-ajruplan temm it-titjira tiegħu fl-Oċean Indjan.
F’konferenza tal-aħbarijiet li saret illum, il-Prim Ministru tal-Malasja, Najib Razak ħabbar li “b’dispjaċir kbir” hemm biżżejjed provi li juru li MH370 spiċċa fl-Oċean.
Fl-aħħar ftit sigħat kienu tliet ajruplani differenti li raw bċejjeċ fl-Oċean Indjan.
L-awtoritajiet Awstraljani qalu li raw mill-inqas erba’ oġġetti. Ilbieraħ Franza ħabbret li satellita tagħha rat dawk li jistgħu ikunu biċċiet tal-ajruplan fl-istess Oċean.