L-ajruplan Russu daħal fi spazju Tork għal 17-il sekonda

Kien hemm dimostrazzjoni oħra, din id-darba quddiem l-ambaxxata Torka f’Moska, b’Russi jitfgħu ġebel u bajd lejn l-ambaxxata bi protesta kontra l-inċident tal-bieraħ.
Dan, hekk kif it-Turkija ammettiet li l-ajruplan li splodiet ilbieraħ, daħal fl-ispazju tagħha tal-ajru għal total ta’ 17-il sekonda, bil-President Tork jgħid imma li dan ma kellux ikun pretest għal attakk.
Ir-Russja baqgħet takkuża lit-Turkija bi “provokazzjoni ppjanata”, bit-Turkija tappella biex ma tibqax tattakka l-inħawi fejn seħħ l-inċident ilbieraħ, għax hemm tgħix popolazzjoni etnika mhux militanti tal-Istat Iżlamiku.
Sadattant, l-uniku bdot li salva qal li fl-ebda ħin ma rċevew twissija mit-Turkija, li min-naħa tagħha ppubblikat recordings.
L-Istati Uniti, l-Unjoni Ewropea u n-Nazzjonijiet Magħquda qed jappellaw liż-żewġ pajjiżi biex iżommu l-kalma biex is-sitwazzjoni ma tikbirx.