Aġġornata: Tinstab il-kaxxa s-sewda tal-ajruplan imġarraf fuq is-Sinaj

Aġġornata fl-4.30pm:
Instabet il-kaxxa s-sewda tal-ajruplan Russu li twaqqa’ fuq is-Sinaj is-Sibt li għadda.
Waqt li l-awtoritajiet Russi jibqgħu jinsistu li ma jeskludux l-ipoteżi tat-terroriżmu, l-aġenzija tal-aħbarijiet Reuters ikkwotat sors fi ħdan il-kumpanija li qalilha li l-ewwel dettalji mill-kaxxa s-sewda juru li l-bdot ma talabx għajnuna qabel l-ajruplan sparixxa minn fuq ir-radar, iżda jidher ukoll li ma ntlaqatx minn barra. 
Iktar kmieni: 
Il-linja tal-ajru Russa, li tagħha kien l-ajruplan li twaqqa’ s-Sibt hu u għaddej minn fuq is-Sinaj, qed twaħħal f’ “fatturi esterni”. Id-direttur ġenerali ta’ Kagolymavia qal li l-uniku spjegazzjoni raġjonevoli hu li l-ajruplan twaqqa’ minħabba xi ħaġa esterna għall-ajruplan. Tenna li l-ħsara li kien ġarrab l-ajruplan fid-denb, fl-2001, kienet ilha li ssewwiet kompletament.
It-traġedja tas-Sibt ħalliet iktar minn 220 vittma, u b’konsegwenza t’hekk, linji tal-ajru ddeċidew li jabbandunaw ir-rotta minn fuq is-Sinaj