L-ajruport fi Tripli maħkum fil-ġlied bejn militanti armati

L-ajruport fi Tripli ma jistax jopera wara jumejn sħaħ ta’ ġlied bejn militanti rivali.
Tmin persuni nqatlu u 12-il ajruplan inqerdu waqt il-ġlied.
L-ajruport fi Tripli għadu taħt il-kontroll tal-militanti Zintan li ilhom jikkontrollawh sa minn meta tneħħa Gaddafi mill-poter.
Il-Gvern Libjan mhux qed jirnexxilu jeqred gruppi militanti li kienu nvoluti fir-rivoluzzjoni tal-2011.