L-Airshow se terġa’ ssir din is-sena

Peter Paul Gauci

Din is-sena l-Airshow mistennija terġa’ ssir f’Settembru. L-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta ħabbar dan permezz ta’ stqarrija.

Il-prestazzjoni mistennija ssir fin-naħa ta’ fuq ta’ Malta iżda l-post għadu mhux magħruf. Il-Malta Avaiaton Society mistennija tħabbar aktar dettalji fil-jiem li ġejjin.

L-MAS spjegat li bħalissa għaddejja f’kuntatti ma’ parteċipanti li ħadu sehem f’wirjiet passati.

Il-Malta Avaiation Society irringrazzjat lil dawk kollha involuti biex din is-sena terġa tittella’ din l-attività. Temmet li din l-attività se tkun qed ssir jekk is-sitwazzjoni tal-COVID-19 tibqa’ sejra għall-aħjar.