L-Airshow se ssir is-sena d-dieħla

Peter Paul Gauci

Read in English.

Il-Ministru għat-Turiżmu Konrad Mizzi ħabbar li s-sena d-dieħla se terġa’ tirritorna l-Airshow. L-aħħar darba li ġiet organizzata kienet fl-2017.

Il-Ministru Mizzi ħabbar dan fuq il-paġna personali tiegħu fuq Facebook. Huwa qal li bħas-snin l-imgħaddija, se tkun il-Malta Aviation Society li se torganizza din l-attività.

Id-data huma kkonfermati u se jkunu bejn is-26 u s-27 ta’ Settembru 2020.

Il-Partit Nazzjonalista qal li jilqa’ din l-aħbar b’sodisfazzjon. Huwa appella biex tinstab soluzzjoni minħabba li dan kien appuntament annwali għad-dilettanti u ħarġa għall-familja kollha kif ukoll niċċa għat-turiżmu.