L-Airmalta tqaċċat il-prezzijiet għal żmien il-festi

Il-linja nazzjonali tal-ajru, l-Airmalta, qed tistiednek tiċċelebra magħha ż-żmien festiv tal-Milied u l-Ewwel tas-Sena bi skonti sa 70% fuq it-titjiriet li tipprovdi.
L-Airmalta alet fi stqarrija li dan it-traħħis huwa applikabbli fuq in-nollijiet tal-Go Smart, li jinkludu wkoll il-bagalji ta’ 23 kg.
Mil-lum tista’ tibda tgawdi minn dan l-iskont, li jibqa’ sejjer sas-7 ta’ Jannar.
It-titjiriet imraħħsa jridu jkunu se jsiru bejn il-15 ta’ Jannar u l-15 ta’ Marzu tas-sena d-dieħla, u l-biljetti b’dan l-iskont jinxtraw biss minn fuq is-sit uffiċjali tal-Airmalta.
Fost l-oħrajn, wieħed jista’ jagħżel minn Vjenna, Brussell, Charles de Gaulle f’Pariġi, sa Katanja jew l-Ingilterra, fost oħrajn.