L-AirMalta titlef man-nofs miljun ewro – 2000 passiġġier affetwat

Skont il-kumpanija tal-ajru AirMalta, b’kawża tal-piloti li rrapurtaw li ma jifilħux, illum ġew affetwati mal-2,000 passiġġier. Minn dawn, kien hemm min kellu xi dewmien fit-titjira filwaqt li kien hemm titjiriet li saħansitra li ġew ikkanċellati.

Fi stqarrija l-AirMalta talbet apoloġija lill-klijenti kollha tagħha għal dan l-inkonvenjent u qed tagħmel minn kollox biex tnaqqas id-dannu.

F’jum bħal dan, il-linja nazzjonali tal-ajru se tkun tilfet aktar minn nofs miljun ewro.

Dan l-infieq jinkludi kumpens għal titjiriet ikkanċellati u arranġamenti għal titjiriet alternattivi, kif ukoll akkomodazzjoni għal min kellu t-titjira kkanċellata.