Aġġornata: L-ajruplan mikri tal-Air Malta jasal siegħa tard

L-ajruplan li kriet l-Air Malta wasal siegħa tard.
Sorsi li tkellmu ma' Newsbook.com.mt qalu li dan kellu jasal ftit qabel l-4:00 pm, imma dan wasal għall-ħabta tal-5:00 pm.
Kelliem għall-Air Malta ikkonferma ma’ Newsbook.com.mt li l-kumpanija qed tikri ajruplan tat-tip Airbus A330 biex it-titjiriet jibqgħu għaddejjin bla skossi.
Meta mistoqsi minn fejn u kemm hi l-ispiża għal dawn il-kirjiet, l-istess kelliem qal li l-ispiża tal-Air Malta mhix fl-interess tal-pubbliku.
Huwa kkonferma wkoll li l-kumpanija qed tikri dan l-ajruplan bl-ekwipaġġ biex jgħin fl-iskeda ta’ titjiriet tagħha.
L-ajruplan huwa tal-XL Airways, linja tal-ajru Franċiża li għadnha flotta ta' erba' ajruplani.
Fl-aħħar jiem kien hemm żewġ titjiriet waħda lejn Pariġi u l-oħra lejn Frankfurt li tħassru, u kien hemm dewmien fit-titjiriet lejn Palermo u Catania.