L-AirMalta milquta mid-deni tal-futbol – skontijiet ta’ 50%

Il-kumpanija tal-ajru nazzjonali Air Malta spiċċat milquta mid-deni tal-futbol. Dan hekk kif qed toffri skontijiet ta’ 50% għal titjiriet lejn uħud mill-pajjiżi li waslu sal-kwarta finali tat-Tazza tad-Dinja.

Fi stqarrija l-AirMalta qalet li l-klijenti tagħha se jibbenifikaw minn skont ta’ 50% fuq nollijiet Go Smart fuq selezzjoni ta’ rotot lejn l-Ingilterra, l-Belġju, Franza u r-Russja jekk dawn jirnexxielhom jaslu sas-semifinali.Hekk kif Franza u l-Belġju diġa għaddew għas-semifinali dan ifisser li diħa hemm skont ta’ 30% garantit fuqhom.

L-AirMalta qalet li dan l-iskont esklussiv se jkun offrut għal 48 siegħa biss u validu għal vjaġġi bejn l-1 ta’ Awwissu u l-aħħar ta’ Ottubru 2018. Din il-promozzjoni se tibda nhar it-Tnejn sa nhar it-Tlieta biss.

Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jidħol hawnhekk.