L-Air Malta żżid rotta lejn Palermo anke fix-xitwa

Mill-4 ta’ Lulju li ġej, l-Air Malta se tibda servizzi skedati bejn Malta u Palermo.
It-titjiriet se jkunu kull nhar ta’ Tnejn u kull nhar ta’ Ħamis, għall-ajurport Franco-Borsellino, u r-rotta se tibqa’ titħaddem anke fix-xitwa.
B’riżultat t’hekk, inbidlu xi ħinijiet tat-titjiriet lejn u minn Katanja.
B’hekk jitilgħu għal 15-il titjira fil-ġimgħa dawk mill-Air Malta bejn Malta u Sqallija, u għal 34 għall-Italja biex l-Air Malta tistabilixxi lilha nnifisha bl-iktar frekwenzi għal kull destinazzjoni meta mqabbla ma’ operaturi oħra.