L-Air Malta toħroġ sejħa għal Kap Eżekuttiv

Photo: Facebook/Airmalta

Read in English.

L-Air Malta ħarġet sejħa għal persuna dinamika u esperjenzata biex tibda tokkupa l-kariga ta’ Kap Eżekuttiv tal-linja tal-ajru.

Din is-sejħa qed tinħareġ wara li Clifford Chetcuti rreżenja mill-kariga għal raġunijiet personali.

Is-CEO se jkun mistenni jaħdem mill-qrib tal-Bord tad-Diretturi, filwaqt li jieħu ħsieb it-tkabbir u l-prestazzjoni tal-Air Malta, billi jiżviluppa u jimplimenta strateġija globali, u jassumi r-responsabbiltà għall-aspetti strateġiċi u kummerċjali tal-kumpanija.

L-għan tal-irwol tas-CEO huwa li jsaħħaħ il-linja tal-ajru, anke fid-dħul, li jaddotta teknoloġiji ġodda li jtejbu l-operat tal-kumpanija u li jiggwidaha fis-suċċess.

Applikazzjonijiet għal dan l-irwol għandhom jintbagħtu b’email fuq ceovacancy@airmalta.com. L-applikazzjonijiet jibqgħu jintlaqgħu sal-Ġimgħa, 2 t’Ottubru.