L-Air Malta tniedi titjira lejn Tel Aviv

L-Air Malta inawgurat servizz skedat ġdid lejn Tel Aviv.
Dan is-servizz, li se jopera sa tliet darbiet fil-ġimgħa fuq ġimgħat li jalternaw, se jgħaqqad lil Malta mal-ajruport Ben Gurion ta’ Tel Aviv.
It-tnedija ta’ din ir-rotta tkompli ssaħħaħ il-pożizzjoni tal-Air Malta bħala l-operatur ewlieni li jgħaqqad il-gżejjer Maltin ma’ reġjuni mportanti fl-Ewropa u fil-Mediterran.
Din hija l-ewwel titjijra Iżraeljana fl-iskeda tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta u li se tkompli ssaħħaħ in-netwerk preżenti li għandu l-ajruport internazzjonali ta’ Malta billi tġħaqqdu mal-Lvant Nofsani.
Ritratt: L-iskeda tat-titjira lejn Tel Aviv