L-Air Malta tissospendi t-titjiriet minn Milan

Customs

Read in English.

L-Air Malta ħabbret li qed tissospendi t-titjiriet tagħha minn u lejn Milan. Id-deċiżjoni tħabbret permezz ta’ stqarrija il-Ħadd fil-għaxija. Din id-deċiżjoni saren fid-dawl tal-firxa tal-Coronavirus fit-tramuntana tal-Italja u l-aħħar digriet li ħareġ il-Gvern Taljan li jimponi lockdown fil-Lombardija u partijiet oħra tal-pajjiż.

Fl-istqarrija tagħha l-Air Malta ħabbret li din id-deċiżjoni ttieħdet wara konsultazzjoni mal-Prim Ministru u l-Ministri kkonċernati.

Il-linja tal-ajru qalet li s-saħħa tal-passiġġieri u l-ekwipaġġ u t-tħassib li qed juru l-Maltin huma prijorita’ għaliha.

Is-sospensjoni hija waħda b’mod indefinit.

Il-passiġġieri milquta ser jkunu infurmati.