L-Air Malta tirtira l-mandat li fetħet kontra l-piloti

Malta International Airport plc

Read in English.

L-Air Malta irtirat mandat ta’ inibizzjoni li kienet fetħet kontra l-unjin tal-piloti, skont il-kumpanija tal-ajru.

Fi stqarrija, l-Air Malta qalet li għamlet dan biex tassigura li jibqgħu għaddejjin id-diskussjonijiet mal-ALPA.

L-Air Malta qalet ukoll li bħala sinjal ta’ rieda tajba iddeċidiet li tħallas l-ispejjeż tal-Qorti b’rabta mal-każ.

Skont l-Air Malta d-diskussjonijiet mal-ALPA se jerġgħu jibdew mis-16 ta’ Diċembru. San sbiex jintlaħaq qbil fuq il-kwistjonijiet pendenti. Qalet li dan jassigura paċi industrijali għall-benessere tal-ħaddiema kollha tal-Air Malta.

L-ALPA kienet ordnat li tittieħed azzjoni industrijali f’Lulju. L-ALPA qalet li l-kawża tal-Air Malta kontriha kienet attakk fuq id-dritt ta’ assoċjazzjoni.