L-Air Malta tirdoppja t-titjiriet minn u lejn Munich, Ruma u Katanja

Il-linja nazzjonali tal-ajru Air Malta nediet l-iskeda tas-sajf b’150 titjira fil-ġimgħa għal 31 destinazzjoni.
Dan hekk kif waqt l-MFCC AMITEX Holiday Show, il-fiera tal-ivvjaġġar annwali organizzata mill-MFCC, l-Air Malta ħabbret li żiedet il-frekwenzi tal-operat lejn l-ajruporti prinċipali ta’ Munich, Brussell, Amsterdam, Vjenna. Zurich, Ruma, Katanja, Lyon, Palermo, Praga u Moska.
Barra minn hekk, ħabbret ukoll li nediet Tel Aviv bħala destinazzjoni ġdida skedata filwaqt li matul is-sajf, il-linja tal-ajru se tirdoppja t-titjiriet minn u lejn l-ibliet ta’ Munich, Ruma u Katanja.
Il-fiera ġiet inawgurata mill-Ministru għas-Sigurtà Nazzjonali Carmelo Abela.
Għal iktar informazzjoni, tista’ żżur is-sit.