L-Air Malta tilħaq ftehim mal-bdoti

L-Air Malta laħqet ftehim mal-bdoti wara diskussjonijiet li ilhom għaddejjin ix-xhur.
Fi stqarrija konġunta bejn il-Gvern, l-Air Malta u l-Unjin tal-Bdoti (ALPA) ħabbru li ntlaħaq qbil dwar ftehim kollettiv ġdid mal-piloti biex jitressaq lill-membri tal-ALPA għall-approvazzjoni tagħhom.
Fi tweet aktar kmieni, il-Ministru għat-Turiżmu Konrad Mizzi qal li dan il-qbil intlaħaq waqt laqgħa li saret fil-bini tal-Ministeru għat-Turiżmu fil-Belt Valletta fejn kien hemm ukoll preżenti t-tim ta' negozjaturi tal-Air Malta.
Il-Ministru Mizzi rringrazzja lill-eks President Geroge Abela li mexxa t-tim ta’ negozjaturi u liċ-Chairman tal-Air Malta Charles Mangion għall-ħidma tagħhom.

https://platform.twitter.com/widgets.js

Intant, il-Kap tal-Komunikazzjoni tal-Gvern Kurt Farrugia qal li r-ristrutturar tal-linja nazzjonali jinsab fil-ħin. Faħħar ukoll lill-Ministru Mizzi għall-ħidma tiegħu u lill-Prim Ministru għall-pjan li għandu għall-ġenerazzjonijiet futuri.

https://platform.twitter.com/widgets.js

F’aħbar li tħabbret aktar kmieni, l-Air Malta kienet kriet ajruplani bil-lest f’każ li l-bdoti joħorġu fuq strajk.