L-Air Malta tiffirma l-ewwel ftehim kollettiv: Mal-inġiniera

Il-kumpanija nazzjonali tal-ajru, l-Air Malta, dalgħodu ffirmat l-ewwel ftehim kollettiv tagħha mal-Assoċjazzjoni tal-Inġiniera tal-Ajru (AAE), li se jħares kemm l-interessi tal-inġiniera kollha bħala ħaddiema tal-Air Malta kif ukoll il-futur tal-istess kumpanija.
Il-Ministru tat-Turiżmu, Konrad Mizzi, li kien qed jippresjedi l-iffirmar tal-ftehim, qal li dan il-ftehim huwa biss l-ewwel wieħed minn għadd ta’ ftehimiet kollettivi oħra li l-kumpanija trid tilħaq mal-ħaddiema tagħha sal-aħħar ta’ din is-sena.
Mizzi spjega li ftehim bħal dan se jgħin lill-kumpanija tkompli tikber filwaqt li tibqa’ saħħaħ ir-relazzjonijiet industrijali tagħha għall-ħames snin li ġejjin.
Madankollu, Mizzi kompla jgħid li għadhom għaddejjin it-taħdidiet dwar il-ftehimiet ma’ assoċjazzjonijiet u unjins oħra, sabiex il-kundizzjonijiet tal-bqija tal-ħaddiema jitjiebu wkoll.
Il-Ministru temm iħabbar li l-Air Malta waslet fl-istadju aħħari ta’ ftehim ieħor biex iżżid ajruplan ġdid mal-flotta tagħha bejn Marzu u April tas-sena d-dieħla.