L-Air Malta tieħu lill-ALPA l-Qorti minħabba l-azzjoni industrijali ta’ Lulju

Read in English.

L-Air Malta qed tfittex lill-union tal-piloti ALPA bil-Qorti peress li fil-fehma tagħha, l-azzjoni industrijali tal-union f’Lulju li għadda kienet illegali. L-Air Malta qed titlob ukoll li titħallas għad-danni li sofriet.

L-azzjoni tal-Air Malta fil-Qorti saret kontra l-ALPA u kontra l-membri tal-bord eżekuttiv tagħha.

F’Lulju l-Air Malta kienet talbet lill-Qorti għal mandat ta’ inibizzjoni kontra l-APLA wara li l-union ordnat azzjoni industrijali.

Skont l-Air Malta, r-raġuni veru wara l-azzjonijiet ordnati mill-union kienu li l-piloti kienu qed jistennew garanziji finanzjarji mill-Gvern bħala l-akbar sieħeb fill-kumpanija tal-ajru.

Aġġornata (3): Filmat: L-Air Malta għawġet il-fatti biex tgħatti n-nuqqasijiet – ALPA

L-Air Malta qalet li kellha numru ta’ laqgħat mal-ALPA dwar il-ftehim kollettiv u li hi dejjem ippruvat issib kompromess sensibbli. F’Ġunju l-ALPA riedet garanziji finanzjarji imma din it-talba ma ġietx milqugħa. L-union imbagħad ordnat azzjoni industrijali.

L-Air Malta temmen li din ma kinitx azzjoni industrijali kif definita fil-liġi. Qalet li l-azzjoni tal-union kienet illegali.

L-Air Malta talbet lill-Qorti biex tiddikjara l-azzjoni industrijali ta’ Lulju bħala llegali u bi ksur tal-ftehim kollettiv.

L-azzjonijiet industrijali tal-bdoti tal-Air Malta mwaqqfin mill-Qorti