L-Air Malta tibqa’ l-iktar linja tal-ajru li twassal it-turisti f’Malta

L-Air Malta baqgħet l-iktar linja tal-ajru popolari fost it-turisti li żaru Malta fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena.
Waqt konferenza tal-aħbarijiet dwar l-iżviluppi tal-Ajruport Internazzjonali ta' Malta bejn Jannar u Ġunju 2014, u dwar xi żviluppi huma mistennija, irriżulta li t-tieni u t-tielet linja tal-ajru popolari kienu r-Ryanair u l-Easyjet.
L-Emirates hi l-inqas linja tal-ajru użata mil-linji ewlenin tal-ajru li joperaw Malta, li meta mqabbel mas-sena 2013 rreġistrat tnaqqis ta’ 3.0% fin-numru ta’ passiġġiera.
Irriżulta wkoll li l-Ingliżi u t-Taljani baqgħu l-iktar żewġ nazzjonalitajiet li żaru Malta din is-sena. Huma kienu segwiti mill-Ġermaniżi.
Fis-sena 2014 kien hemm żieda ta' 7.7% fl-ammont ta' passiġġieri li waslu Malta. L-ikbar żieda kienet irreġistrata f'Ġunju.
L-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena rat ukoll l-introduzzjoni ta’ numru ġodda ta’ rotot tal-ajru, fosthom titjira lejn Napli bil-linja tal-ajru Easyjet i titjira lejn Madrid bil-linja tal-ajru Norwegian.

Skont rappreżentant tal-Air Malta, filwaqt li Malta rat żieda sostanzjali fl-għadd ta’ passiġġiera li ġew mil-Libja, probabilment l-ammont se jonqos minħabba l-kriżi li għaddejja bħalissa fil-Libja.