L-Air Malta tħassar titjiriet ta’ Londra minħabba l-maltemp

Aġġornat 10:26 AM
Malta International Airport plc

Read in English.

L-Air Malta ħassret għadd ta’ titjiriet minn u lejn Londra minħabba l-maltemp.

Liema titjiriet ġew ikkanċellati għal-lum?

  • KM100 minn Malta għal London Heathtrow
    KM101 from London Heathrow għal Malta
  • KM116 minn Malta għal London Gatwick
    KM117 minn London Gatwick għal Malta
  • KM102 minn Malta għal London Heathrow
    KM103 minn London Heathrow għal Malta
  • KM118 minn Malta għal London Gatwick
    KM119 minn London Gatwick għal Malta

Fi stqarrija, l-AirMalta qalet li dan it-tibdil sar minħabba l-maltemp li hemm fl-Ingilterra u fl-Ewropa tal-Punent. Min ġie affettwat jista’ jċempel fuq in-numru +356 21662211 għal aktar informazzjoni.

Skont is-sit tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, hemm titjiriet minn kumpaniji tal-ajru oħra lejn Londra li xorta se jsiru. Dawn jinkludu titjiriet tar-Ryanair lejn Luton u Stansted. L-easyJet se ttir lejn Gatwick fin-12:25pm.

Aktar tard fi stqarrija, l-Air Malta qalet li se tkun qed toffri biljett b’xejn għall-istess destinazzjoni lil dawk il-persuni affettwati.

L-Air Malta se tkun qed torganizza titjira lejn u minn Gatwick għada. KM3124 minn Malta għal Gatwick se titlaq fil-5pm filwaqt li KM3125 se titlaq minn Gatwick lejn Malta fid-9.20pm.

Skont il-BBC, linji tal-ajru kkanċellaw għexieren ta’ titjiriet domestiċi u internazzjonali hekk kif Storm Ciara qed toqrob lejn l-Ingilterra. Ħarġu twissijiet minħabba r-riħ qawwi u x-xita bil-qliel.