L-Air Malta tħabbar l-Iskeda tas-Sajf tal-2018 għal Malaga

L-Air Malta ser tibda topera servizz skedat ta’ darbtejn fil-ġimgħa għall-belt ta’ Malaga kull nhar ta’ Tnejn u nhar ta’ Ġimgħa mis-26 ta’ Marzu 2018.
L-iskeda li tħabbret toffri l-opportunità perfetta għal weekend break kemm għal vjaġġaturi li ġejjin kif ukoll għal dawk li sejrin.
Din hija l-ewwel darba li l-linja tal-ajru Maltija qiegħda tintroduċi servizzi skedati lejn din il-belt, u permezz ta’ din ir-rotta l-Air Malta ser terġa tibda topera lejn Spanja. 
Għalhekk għaliex ma taħtafx l-opportunità biex issiefer Malaga u tibbenefika min-nollijiet tal-prodott Go Light li kien imnedi riċentament u fejn il-prezzijiet jibdew minn EUR39 biss inkluż it-taxxi u t-tariffi?
Malaga toffri vaganza perfetta ġewwa Spanja permezz ta’ għadd kbir ta’ attrazzjonijiet u diversi attivitajiet li mingħajr dubju ta’ xejn jagħmlu din il-belt fin-nofsinhar ta' l-Ewropa waħda mill-aktar destinazzjonijiet imfittxija fil-Mediterran.
Din il-muniċipalità toffri lill-viżitaturi landmarks storiċi, bajjiet meraviljużi u pajsaġġ urban mhux mittiefes. Malaga hi 
magħrufa għan-night life vibranti u kċina ta’ platti tradizzjonali lokali li verament jħajruk u li jistednuk tippruvahom.