L-Air Malta tgħid li mhux se tittollera l-abbuż u t-theddid tal-ALPA

Read in English.

L-Air Malta ddefendiet il-pożizzjoni tagħha fil-Qorti fejn qalet li din kienet kontinwazzjoni tal-proċeduri legali bħala parti mill-mandat ta’ inbizzjoni fil-konfront tal-ALPA.

Il-linja nazzjonali tal-arju qalet li ma kinetx se tittollera l-abbuż u theddid min-naħa tal-bdoti tal-ALPA waqt li tkompli tipproteġi l-interessi u d-drittijiet tagħha għal benefiċċju tal-pajjiż u l-ekonomija.

Aqra: “Sforz mill-Air Malta biex timmina d-drittijiet tal-bdoti” – ALPA

L-Air Malta qalet li l-ALPA kienet ħadet dawn l-azzjonijiet meta l-Gvern bħala l-azzjonist tal-Air Malta, ma tax garanziji ta’ 700,000 ewro għal kull pilota li l-unjin talbet.

L-Air Malta fissret li ntlaħaq ftehim dwar il-materji kollha u li għadha disponibbli sabiex tiffirma l-ftehim li pproponiet l-ALPA f’Ġunju li għadda.

Temmet tgħid li ma tistax iġġorr hi l-konsegwenzi ta’ azzjonijiet illegali li ttieħdu minħabba ċirkostanzi li l-linja tal-ajru ma kellix kontroll fuqhom.