L-Air Malta tgħaddi mill-verifika ta’ sigurtà

L-Air Malta ġeddedt b’suċċess ir-reġistrazzjoni tagħha tal-verifika ta’ sigurtà operattiva tal-IATA (IOSA), wara verifika komprensiva mwettqa minn Organizzazzjoni ta’ Verifika barranija akkreditata mill-IATA.
F’kumment dwar din il-kisba, il-Kap Eżekuttiv tal-Air Malta, Philip Micallef, qal, “Din hija attestazzjoni reali tad-dedikazzjoni u tal-professjonalità murija mill-impjegati kollha fl-organizzazzjoni. Dan ir-riżultat jikkonferma li qed nikkonformaw mal-istandards operattivi ta’ sigurtà, li huma meqjusin fost l-aqwa fl-industrija tagħna”.
“Fl-organizzazzjoni tagħna kollha għandha fis-seħħ sistema ta’ ġestjoni tas-sigurtà (SMS) li tgħinna nindirizzaw kwistjonijiet relatati mas-sigurtà tal-linja tal-ajru b’mod proattiv, temm Micallef.
L-IOSA hija sistema ta’ evalwazzjoni rikonoxxuta fuq livell internazzjonali mfassla biex tivvaluta l-ġestjoni operattiva u s-sistemi ta’ kontroll ta’ linja tal-ajru