L-Air Malta terġa’ ttir lejn Brussell minn għada

L-Air Malta se terġa’ tibda t-titjiriet lejn Brussell minn għada l-Erbgħa.
Il-linja nazzjonali qalet li mill-attakki ’l hawn, ġarret 4,000 passiġġier minn u lejn Dusseldorf, minflok Brussell, u organizzat trasport fuq l-art biex il-passiġġiera jkunu jistgħu jinqdew.
Fakkret li l-ajruport ta’ Brussell għadu mhux jaħdem b’mod sħiħ u ddaħħlu miżuri ġodda ta’ sigurtà – fosthom li passiġġieri jridu jkunu fl-ajruport almenu 3 sigħat qabel it-titjira, li għandu jkollhom kopja stampata tal-biljett elettroniku tagħhom, li se jkollhom jimxu iktar fl-ajruport u jitilgħu turġien għalhekk ħeġġet l-inqas piż possibbli fil-bagalji, u li minuri mhux akkumpanjati għalissa mhux qed jitħallew jivvjaġġaw.