L-Air Malta terġa’ tniedi servizz lejn Tuneż

L-Air Malta ħabbret li se jerġgħu jibdew servizzi skedati għall-Ajruport ta’ Tunis Carthage min-nhar is-26 ta’ Ġunju.
Din hi t-tieni destinazzjoni li l-Air Malta ħabbret f’ġimagħtejn.
It-titjiriet tal-Air Malta se jżidu l-konnettività tat-titjiriet bejn it-Tuneżija u l-bliet Ewropej ta’ Vjenna, Londra, Ruma, Amsterdam, Praga, Munich, Brussell, Marsilja, Katanja, Milan u Zurich b’ħin qasir ta’ konnettività f-l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.
Il-kumpanija tal-ajru żiedet tgħid li se tipprovdi wkoll is-servizzi kollha tal-merkanzija fuq din ir-rotta, u b’hekk se tiffaċilita l-moviment tal-merkanzija bejn iż-żewġ pajjiżi u se tiftaħ gateway għall-cargo ġdid lejn u mit-Tuneżija u lil hinn minnha.
Ritratt: L-iskeda tat-titjiriet minn u lejn Tunis Carthage