​L-Air Malta terġa’ tibda ttir lejn Berlin

L-Air Malta se terġa’ tibda ttir lejn Berlin Tegel mill-aħħar ta’ Ottubru li ġej, kull nhar ta’ Erbgħa u kull nhar ta’ Ħadd.
Dan tħabbar illum mill-Ministru għat-Turiżmu Konrad Mizzi waqt il-fiera tal-ITB ta’ din is-sena f’Berlin, li kull sena tattira 109,000 viżitatur u 10,000 eżibitur.
Iċ-Chairman tal-Air Malta Dr Charles Mangion qal li “din hija l-14-il rotta l-ġdida li l-Air Malta fetħet fl-aħħar xhur”.