L-Air Malta se żżid ajruplan ġdid mis-sajf tal-2018

L-Air Malta sostniet li l-impenn tagħha huwa li tkompli żżid it-titjiriet tagħha biex tibda topera rotot ġodda.
Fi stqarrija l-Air Malta qalet li skont l-istrateġija kummerċjali tagħha, it-tmexxija tal-Air Malta qed tirrikmanda tkabbir tal-flotta mis-sajf tal-2018.
Il-kumpanija nazzjonali tal-ajru qalet li l-ajruplan il-ġdid se jagħtiha iktar flessibiltà fuq ir-rotot eżistenti, filwaqt li jippermettilha żżid destinazzjonijiet ġodda.
Qalet li bħalissa qed isiru l-istudji meħtieġa dwar liema se jkunu dawn id-destinazzjonijiet ġodda, wara li ġimgħa ilu tħabbar li se jerġgħu jibdew mill-ġdid it-titjiriet minn u lejn Frankfurt fil-Ġermanja.
L-Air Malta bħalissa ġġorr mal-1.6 miljun passiġġier fis-sena.
Għal aktar informazzjoni wieħed jista' jżur is-sit tal-Air Malta.