L-Air Malta se tibqa’ taħdem mill-Ajruport ta’ Dusseldorf

L-Ajruport ta’ Brussell se jibqa’ magħluq sa nhar it-Tnejn li ġej  u għalhekk il-Linja Nazzjonali tal-Ajru se tibqa’ topera titjiriet minn u lejn l-ajruport ta’ Dusseldorf.
Il-passiġġieri kollha li bbukjaw titjiriet minn u lejn Brussell sat-Tnejn 4 ta’ April se jkollhom posthom awtomatikament ibbukjat fuq it-titjiriet lejn Dusseldorf.
L-Air Malta tfakkar li qed tieħu ħsieb torganizza trasport bejn Brussell u Dusseldorf.
Mal-wasla f’Dusseldorf, xarabanks qed jieħdu l-passiġġieri sa ħdejn l-Ambaxxata Maltija fi Brussell.
Passiġġiera li għandhom il-biljett biex itiru lejn Malta huma mitluba jkunu ħdejn l-Ambaxxata Maltija minn tal-inqas fis-2.15 ta’ waranofsinhar biex il-coach toħodhom Dusseldorf.
L-indirizz tal-Ambaxxata Maltija fi Brussell hu Rue Archimede, 25, B – 1000.
It-titjira se topera b’dan il-mod:
  

KM420depMalta1710hrsarrDüsseldorf2000hrs
KM421depDüsseldorf2050hrsarrMalta2335hrs