L-Air Malta se tibda mill-ġdid it-titjira lejn Frankfurt

Il-Linja Nazzjonali tal-Ajru, l-Air Malta, se tkun qed terġa’ toffri s-servizz tagħha minn u lejn Frankfurt.
B’kollox l-Air Malta se toffri erba’ titjiriet fil-ġimgħa fix-xitwa u kuljum mis-sajf li ġej.
Fi stqarrija, l-Air Malta qalet li din kienet l-ewwel deċiżjoni tal-Bord tad-Diretturi l-ġdid li lbieraħ tħabbar li se jkun immexxi mill-Eks-Membru Parlamentari Laburista Charles Mangion.
Waqt din l-istess laqgħa, l-bord il-ġdid ingħata rendikont tas-sitwazzjoni finanzjarja attwali u l-pjanijiet kummerċjali tal-linja tal-arju.
L-Air Malta kienet waqqfet it-titjiriet tagħha lejn Frankfurt dan is-sajf.
L-istqarrija ttemm tgħid li fil-jiem li ġejjin l-Air Malta mistennija tħabbar bidliet oħra fil-qasam kummerċjali tagħha.