L-Air Malta se tevita li ttir fuq l-Ukraina

L-Air Malta ħabbret li se jkun hemm devjazzjoni f’numru ta’ rotot tal-ajru sabiex tevita titjiriet li jgħaddu minn fuq l-Ukraina.
Id-devjazzjonijiet fir-rotot lejn Moska se jsiru bħala prewkazzjoni wara l-iżviluppi riċenti tal-Ukraina.
Filwaqt li hemm restrizzjoni tal-avjazzjoni fil-Lvant tal-Ukraina u fil-penisula tal-Krimea, l-ajruplani għadhom jistgħu jtiru minn fuq in-naħa tal-Punent.