L-Air Malta qed tipprova tieħu vantaġġ mis-sitwazzjoni – L-ALPA

Miguela Xuereb

Read in English.

L-Assoċċjazzjoni Maltija tal-Piloti tal-Ajru (ALPA) fi stqarrija qalet li min-naħa tagħha hija vvotat għall-proposti finali tal-Air Malta wara li tkellmet mal-piloti li ngħataw is-sensja. Żiedet lil l-Air Malta qed tipprova tieħu vantaġġ mis-sitwazzjoni preżenti.

L-ALPA qalet li l-proposti ġew miċħuda minn 96% tal-membri li żammew l-impjieg tagħhom u ħadd ma vvota favur dawn il-proposti. L-Assoċċjazzjoni ħarġet din l-istqarrija fid-dawl tal-istqarrijiet li ppubblikat l-Air Malta.

Fi stqarrija l-Air Malta qalet li l-Assoċċjazzjoni tal-Piloti tal-Ajru irrifjutat l-offerta li saret li kienet tassigura li l-piloti kollha inkluż dawk li ngħataw is-sensja ikollhom impjieg sigur u jkunu jistgħu jirritornaw għax-xogħol.

It-Tlieta l-Air Malta fi stqarrija qalet li l-offerta tagħha kienet li l-piloti jaċċettaw tnaqqis fil-paġa. Spjegat li dawk li għadhom jaħdmu mal-kumpanija jkollhom tnaqqis ta’ 20% tal-paga filwaqt li dawk li ngħataw is-sensji jerġgħu jiġu impjegati u jkollhom tnaqqis ta’ 50% tal-paga. L-offerta kienet tinkludi wkoll li sa April 2022 il-paga titla’ għal 90% u jerġgħu jibdew jirċievu l-paga sħiħa f’April 2023.

L-ALPA qalet li l-Air Malta qiegħda tibqa’ tipprova tieħu vantaġġ mis-sitwazzjoni preżenti f’tentattiv biex tirrinunzja d-drittijiet tal-libertà tal-membri tagħha.

ALPA qalet li l-proposti tal-kumpaniija huma ta’ divisiva u jiddiskriminaw bejn il-kundizzjonijist tal-ħaddiema li baqgħu jaħdmu mal-kumpanija u dawk li ngħataw is-sensja.

Skont l-assoċċjazzjoni min-naħa tagħha rrepetiet kemm-il darba li l-konklużjoni tal-ftehm tiddependi li l-ALPA tirrinunzja d-drittijiet tagħha fil-ftehim li sar mal-Gvern Malti fis-26 ta’ Jannar 2018.