L-Air Malta l-ħames l-aqwa fl-Ewropa

L-Air Malta, il-kumpanija nazzjonali tal-ajru Maltija, ġie ikklassifikata mal-ewwel ħames postijuiet tal-aġjar kumpaniji tal-ajru reġjonali fl-Ewropa għall-2017.
Il-ħames post ingħatalha minn studju kwalitattiv u kwantitattiv li għamel  l-akbar sit tal-ivvjaġġar fid-dinja, it-Trip Advisor.
Fost l-oħrajn, dan l-istudju jelenka l-aħjar linji tal-ajru skont is-servizz offrut, il-kwalità u l-valur li jingħata lill-kumpanija mill-vjaġġaturi stess fuq is-sit.
Għalhekk, qalet l-Air Malta fi stqarrija, ir-riżultat huwa għalkollox imħolli f’idejn il-vjaġġaturi, u m’hemmx indħil kummerċjali mill-kumpaniji.
F’kummenti dwar das-suċċess, Il-Kap Uffiċjali tal-Kummerċ fi ħdan il-kumpanija qal li għalkemm bosta drabi t-tim fl-Air Malta huwa kritiku tiegħu nnifsu, dar-riżultat jirrifletti l-impenn tal-ħaddiema.
Irringrazzja lill-ħaddiema li jagħmluha direttament man-nies.
Jekk trid tara l-klassifikazzjoni tal-linja nazzjonali tal-ajru Maltija fuq Trip Advisor, idħol hawnhekk, u għal-lista sħiħa tal-linji tal-ajru ara hawnhekk.