“L-Air Malta għamlet progress enormi. Għandha l-aqwa sistemi.” – Cpt. Laurence Gatt

Fl-intervista tal-ġimgħa fuq Newsbook, il-Kaptan Gatt jitkellem dwar l-eperjenza tiegħu viċin l-40 sena anniversarju mill-ewwel titjira tal-Air Malta
Fl-intervista, il-ġurnalist Karl Wright jitkellem mal-Kaptan Gatt dwar il-passjoni tiegħu lejn l-ajruplani tul dawn is-snin kollha. Minkejja li m’għadux jaħdem mal-Air Malta, illum għadu jtajjar l-ajruplani mal-privat. Jistqarr x’kienu uħud mill-iktar esperjenzi li laqtuh u ma jinsa qatt, speċjalment meta kien il-Kaptan tat-titjiriet li ġarrew il-Papa Ġwanni Pawlu II u l-Papa Benedittu XVI.
Cpt. Laurence Gatt jikkummenta wkoll dwar il-progress li ra fl-Air Malta tul dawn l-40 sena u ma jonqosx milli jikkummenta dwar l-aħħar inċident li involva ajruplan tal-Malasian Airlines, inċident li jiddeskrivieh misterjuż għall-aħħar. Jgħid li jemmen li llum jew għada żgur se nsiru nafu x’ġara!
Dwar dan kollu u aktar, iwieġeb Cpt. Laurence Gatt fl-intervista tal-ġimgħa fuq Newsbook.com.mt .

Filmat: Media Centre Limited