L-Air Malta f’Heathrow timxi għal Terminal 2

Read in English.

L-Air Malta se tkun qed tmexxi l-operat tagħha minn u lejn Heathrow f’Londra għal Terminal 2 mill-Ħadd 3 ta’ Mejju.

Fi stqarrija l-linja nazzjonali tal-ajru qalet li din hija miżura temporanja li se tibqa’ fis-seħħ sakemm joħroġ avviż ieħor.

Fi stqarrija l-Air Malta qalet li d-deċiżjoni ttieħed mill-ajruport wara li naqas l-ivvjaġġar bl-ajru minħabba l-pandemija tal-coronavirus.

L-ajruport qal li bħalissa qed jikkonsolida s-servizzi għal terminals tnejn u ħamsa.

L-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta ilu magħluq għat-titjiriet mill-21 ta’ Marzu. Jistgħu jsiru biss titjiriet tal-merkanzija u titjiriet li jkollhom permess speċjali. L-ajruport Malti mistenni jibqa’ magħluq mill-inqas sal-aħħar ta’ Mejju.