L-Air Malta favur testijiet għall-Covid-19 qabel it-titjira

Miguela Xuereb

Read in English.

L-Air Malta ssieħbet mal-Assoċjazzjoni Internazzjonali tat-Trasport bl-Ajru (IATA) fis-sejħa tagħha biex l-ittestjar għall-Covid-19 isir lill-passiġġieri kollha qabel it-tluq ta’ kull titjira.

Iċ-chairman tal-Air Malta Charles Mangion qal li l-industrija tal-linji tal-ajru hija ddisprata għal soluzzjoni biex iġġib lura l-fiduċja fl-ivvjaġġar.

Fl-istess stqarrija, l-Air Malta qalet li l-iżvilupp ta’ ttestjar rapidu, preċiż, affordabbli u faċli biex topera huwa bżonjuż bħala alternattiva għall-kwarantina u maħsuba biex terġa’ tistabbilixxi l-konnettività tal-arja globali.

L-Air Malta qalet li l-ivvjaġġar internazzjonali huwa 92% inqas mil-livelli tal-2019.

Spjegat li għaddew aktar minn sitt xhur minn meta saret ħsara kbira lill-konnettività globali hekk kif il-pajjiżi għalqu l-fruntieri tagħhom biex jiġġieldu l-COVID-19. Minn dak iż-żmien ’l hawn il-pajjiżi fetħu mill-ġdid il-fruntieri b’attenzjoni, iżda ftit li xejn kien hemm attività minħabba li jew il-miżuri ta’ kwarantina jagħmlu livvjaġġar mhux prattiku jew minħabba l-bidliet frekwenti fil-miżuri li qed jagħmlu l-ippjanar tal-ivvjaġġar impossibbli.