​L-Air Malta d-9 l-aqwa linja tal-ajru – AirHelp

Skont il-kumpanija AirHelp, l-Air Malta hija d-disa’ l-aqwa linja tal-ajru fid-dinja.
Il-kumpanija, li tgħin lill-passiġġieri jieħdu kumpens b’rabta mat-titjiriet tagħhom, għadha kif ippubblikat is-sitt klassifikazzjoni annwali tagħha. Il-punti jingħataw skont il-kwalità tas-servizz, il-puntwalità, u l-ipproċessar tal-claims.
L-Air Malta kisbet 8.6 fil-puntwalità, 6.5 fil-kwalità tas-servizz, u 9.1 għall-ipproċessar tal-claims.
Skont AirHelp, l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta (MIA) jinsab fit-83 post minn 141 ajruport.