L-Air Malta b’titjiriet lejn Hamburg u Leipzig

Kull nhar ta’ Erbgħa se jibda jkun hemm titjira minn Malta lejn il-bliet Ġermaniżi ta’ Hamburg u Leipzig.
Dan tħabbar mill-Air Malta u l-grupp turistiku Frosch Touristik (FTI) ħabbru li flimkien se jibdew joffru dan is-servizz mill-31 ta’ Ottubru li ġej.
Iċ-Chairman tal-Air Malta, Charles Mangion qal li b’hekk l-linja nazzjonali se tkun qed ittir lejn ħames destinazzjonijiet fil-Ġermanja.
Min-naħa tiegħu l-Ministru għat-Turiżmu Konrad Mizzi qal li b’dan l-aħħar żvilupp l-Air Malta se tkun nediet 17-il servizz ġdid dirett f’inqas minn sena.