L-Air Malta bi skontijiet fuq it-titjiriet

Malta International Airport plc

Read in English.

L-Air Malta qed toffri skontijiet fuq għadd ta’ titjiriet tagħha għas-sajf li ġej.

Fi stqarrija l-Air Malta qalet li għadha kemm żvelat l-iskeda tas-sajf tagħha bbażata fuq il-kunċett ta’ “safe corridor”.

Il-linja nazzjonali tal-ajru Maltija se tibda ttir lejn Catania, Frankfurt, Munich, Dusseldorf, Berlin, Prague, u l-Lussemburgu mill-1 ta’ Lulju. It-titjiriet lejn Zurich u Geneva jitilgħu online ġimgħa wara.

Il-prezzijiet jibdew minn €39 lejn destinazzjoni waħda.

L-Air Malta qalet li kienet qed tħaddem titjiriet “lifeline” lejn Londra, Amsterdam, Frankfurt, u Ruma. Qalet li l-“‘lifeline’ schedule” tagħha se jibqa’ fis-seħħ.

Il-linja nazzjonali tal-ajru Air Malta ħabbret li keċċiet 69 bdot. Il-Ministru għall-Ekonomija Silvio Schembri talab biex il-bdoti jsegwu l-ftehim li ntlaħaq mal-unjin tal-cabin crew, il-bdoti ma laqgħux il-ftehim offrut lilhom mill-Air Malta.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn