L-Air Malta b’titjiriet lejn l-Alġerija anke fix-Xitwa

L-Air Malta ħabbret li se tibqa’ ttir lejn il-belt kapitali Alġerina matul ix-xitwa kollha.
Il-linja tal-ajru nazzjonali se topera lejn Algiers kull nhar ta’ Ħamis, u se żżid titjira nhar ta’ Tnejn u f’perjodi l-iktar popolari bejn is-27 ta’ Ottubru u s-17 ta’ Novembru, kif ukoll bejn it-22 u d-29 ta’ Diċembru. Il-Linja Nazzjonali Maltija se żżomm iż-żewġ titjiriet minn Marzu 2015.
L-iskeda se tkun kif ġej :

JumTluq MaltaWasla AlġerijaTluq AlġerijaWasla Malta
27 ta’ Ottubru – 17 ta’ Novembru 2014, 22 ta’ Diċembru – 29 ta’ Diċembru 2014
It-Tnejn0005005501550435
27 ta’ Ottubru – 23 ta’ Marzu 2015
Il-Ħamis0020011002100450