L-Air Malta b’roħs fuq titjiriet li jibdew minn €35

L-Air Malta nediet roħs promozzjonali għal perjodu limitat fuq titjiriet li jibdew minn prezz ta’ €35.
It-titjiriet huma għal direzzjoni waħda u jinkludi t-taxxi u t-tariffi.
Fi stqarrija, l-Air Malta qalet li r-roħs hu miftuħ għal 48 siegħa u jibda għada f’nofsillejl sal-Ħamis 21 t’April fil-11:59pm.
Ir-roħs huwa fuq 22 destinazzjoni għal vjaġġi bejn l-20 ta’ April u l-15 ta’ Lulju.
It-titjiriet huma lejn u minn Amsterdam, Ateni, Berlin, Brussell, Katanja, Dusseldorf, Frankfurt, Ġinevra, Hamburg, Londra, Manchester, Marseille, Milan, Moska, Munich, Pariġi, Praga, Ruma, Vienna u Zurich.
Is-seats huma soġġetti għad-disponibbiltà.
Il-biljetti jistgħu jinxtaw minn hawn.