L-Air Malta b’rekord ta’ passiġġiera

L-Air Malta ġarret aktar minn 12,000 passiġġier fl-aktar tmiem il-ġimgħa impenjattiv tas-sena.
Fi stqarrija, il-linja tal-ajru qalet li bejn is-Sibt 19 u l-Ħadd 20 ta’ Awwissu, hija kellha 90% tas-siġġijiet tagħha mimlijin.
Spjeat li ġarret 1,2000 jew 11% aktar passiġġieri mill-istess perjodu tas-sena l-oħra.
Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet l-Air Malta kellha akktar minn 80 titjira.