Aġġornata: L-Air Malta affettwata minn ħsara internazzjonali fis-sistema tal-ibbukjar

Is-sistema tal-ibbukjar tal-vjaġġi tal-Air Malta reġgħet ġiet għan-normal wara li iktar kmieni żviluppat ħsara teknika.
Fi stqarrija l-Air Malta qalet li l-kumpanija Sabre, li tipprovdi s-sistema tal-ibbukjar lil aktar minn 400 kumpanija tal-ajru madwar id-dinja, kellha problemi tekniċi li ostakolaw is-sistema tagħha milli tiffunzjona.
L-Air Malta qalet li din il-problema teknika, li żviluppat kmieni dalgħodu, m'affetwatx l-operat tagħha.
Il-kumpanija tal-ajru żiedet tgħid li kienet f’kuntat kontinwu ma’ Sabre biex timinimalizza l-inkonvenjenza għall-passiġieri tagħha.
Filwaqt li skużat ruħha għal kull inkonvenjenza, l-Air Malta avżat lill-klijenti tagħha li żiedet temporanjament ir-riżorsi fiċ-ċentru telefoniku tagħha u li se ċċempel lura lill-passiġieri tagħha ladarba s-sistema terġa tibda tiffunzjona.
Ritratt: Arkivji