L-Aid to the Church in Need għandha bżonn l-għajnuna tiegħek!

L-Aid to the Church in Need (ACN), hi għaqda internazzjonali ta’ karità li tgħin 327 miljun persuna Kristjana li jinsabu ppersegwitati f’diversi pajjiżi minħabba t-twemmin tagħhom fi Kristu. L-għaqda taħdem ukoll bis-sħiħ għall-ħarsien tal-libertà reliġjuża madwar id-dinja.

Bil-ġenerożità tal-benefatturi minn 24 pajjiż, inkluża Malta, l-ACN qed tiffinanzja aktar minn 5,000 proġett fis-sena f’aktar minn 140 pajjiż; tgħin lis-saċerdoti jwettqu ħidma pastorali fost il-Kristjani ppersegwitati. Fost il-ħidmiet tagħha, l-għaqda tgħin lill-Isqfijiet, saċerdoti, reliġjużi u lajċi, inklużi dawk Maltin u Għawdxin, f’diversi proġetti. L-ACN qed titlob l-għajnuna mill-qlub ġenerużi tal-Maltin biex tkompli twettaq din il-missjoni u tkun ta’ soljev għal min qed jerfgħa s-Salib ta’ kuljum mingħajr dinjità ta’ xejn.

Dawk kollha li jixtiequ joffru xi donazzjoni, anke żgħira, jistgħu ġentilment jibgħatuha permezz ta’ postal order jew b’ċekk f’dan l-indirizz: 39b, Triq l-Imdina, Ħ’Attard, ATD9038 inkella jċemplu 21487818, iżuru l-websajt jew permezz tal-APS Account No.20001771733.